Imsejħa l-iskwadra Maltija għal kontra l-Lussemburgu u l-Finlandja

    F’konferenza tal-aħbarijiet, il-coach nazzjonali Tom Sainfiet, ħabbar l-iskwadra Maltija ta’ 25 players għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu u l-Finlandja.

    In-novitá f’din l-iskwadra hija s-sejħa tad-difensur ta’ Valletta, Jean Borg filwaqt li l-veteran ta’ Gzira United, Roderick Briffa, reġa’ ġie msejjaħ wara nuqqas kemmxejn twil.

    Barra minn hekk issejjaħ ukoll il-Malti/Awstraljan ta’ Blacktown City, Mitchell Mallia, li qed jistenna l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet biex ikun jista’ jilbes il-flokk nazzjonali Malti. Minkejja li għandu passaport Malti, huwa qed jistenna l-international clearance mill-FIFA wara li lagħab għall-Awstralja fil-livell ta’ Taħt is-17 u t-23 sena.

    Minbarra Mallia, players li ssejħu u għad iridu jagħmlu d-debutt tagħhom huma l-goalkeeper ta’ Hamrun Spartans Steve Sultana, id-difensur ta’ Balzan Michael Johnson, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans Triston Caruana u l-winger ta’ Balzan, Siraj Arab.

    Malta se tilgħab kontra l-Lussemburgu, nhar it-22 ta’ Marzu, fis-6.00 pm, fl-Istadium Nazzjonali u erbat ijiem wara tilgħab kontra l-Finlandja, fit-Turkija.

    L-iskwadra ta’ 25 player hija:

    Goalkeepers: Henry Bonello (Valletta); Andrew Hogg (Hibernians); Steve Sultana (Ħamrun Spartans).
    Defenders: Andrei Agius (Hibernians); Cain Attard (Birkirkara); Myles Beerman (Queen of the South, Skozja); Jean Borg (Valletta); Steve Borg (Valletta); Ryan Camilleri (Valletta); Sam Magri (Ebbsfleet United, Ingilterra); Zach Muscat (Arezzo, Italja); Michael Johnson (Balzan); Joseph Zerafa (Valletta).
    Midfielders: Roderick Briffa (Gżira United); Triston Caruana (Ħamrun Spartans); Paul Fenech (Balzan); Luke Gambin (Luton Town, England); Mitchell Mallia (Blacktown City, Awstralja); Rowen Muscat (Valletta); Steve Pisani (Floriana).
    Forwards: Siraj Arab (Balzan); Alfred Effiong (Balzan); Jean Paul Farrugia (FC Chiasso, Svizzera); Michael Mifsud (Valletta); Andrè Schembri (Apollon Limassol, Ċipru).