Il-valur ta' Mohamed Salah jiżdied għal €162.8 miljuni

    Skond stħarriġ maħruġ minn CIES, il-valur ta' Mohamed Salah żdied matul dawn l-aħħar sitt xhur.

    Il-valur tal-attakkant Eġizzjan u ta' Liverpool żdied minn €74.7 miljuni għal €162.8 miljuni.

    Salah ta' 25 sena huwa l-aqwa attakkant fil-Premier League b'24 goal. 

    CIES ivvalutaw lill-attakkant internazzjonali Egizzjan għas-somma ta' €88.1 miljun f'Settembru 2017 wara li kien ingħaqad ma' Liverpool mingħand Roma.