Is-sidien ta' West Ham jitolbu għal taħditiet mas-Sindku ta' Londra

    Is-sidien ta’ West Ham talbu għal diskussjonijiet mas-Sindku ta’ Londra, Sadiq Khan, biex jieħdu s-sigurtá tal-London Stadium f’idejhom wara x-xeni deplorevoli tas-Sibt li għadda kontra Burnley waqt li qed jibżgħu li se jkollhom jilagħbu bil-bibien magħluqa konsegwenza tal-inċidenti li seħħew.

    Huma qalu wkoll li mhux se jħallu lil min jintimidahom biex ma jattendux għal-logħob fl-istadium il-ġdid tagħhom wara li wieħed mis-sidien, David Gold, tħalla mbikkem wara l-protesti mill-partitarji tant li anke laqtuh f’għajnejh b’munita.

    Sadanittant il-captain, Mark Noble, mhux mistenni jiffaċċja azzjoni ritrospettiva wara li kklaxxja ma’ partitarju fuq il-pitch waqt li l-leġġendarju Trevor Brooking wissa lill-hooligans tal-Hammers biex jibqgħu ‘l bogħod inkella jiġu relegati.