Napoli interessati f'Danilo D'Ambrosio

    Il-leaders tas-Serie A Napoli jinsabu interessati f'Danilo D'Ambrosio, iżda Inter mhumiex disposti li jbiegħu lil dan il-player.

    D'Ambrosio huwa player versatili li jista' jilgħab fuq il-faxxa tal-lemin jew tax-xellug, kemm fid-difiża jew fil-midfield.

    Skond l-aġent tal-player "D'Ambrosio huwa apprezzat minn Napoli kif ukoll minn diversi clubs oħra, iżda Inter jikkunsidrawh bħala pedina mportanti mit-team ta' Spalletti."

    Il-kuntratt ta' D'Ambrosio ma' Inter jiskadi f'Ġunju 2021, iżda l-akkwist ta' Joao Cancelo jista' jfisser li D'Ambrosi jsib anqas spazju b'mod regolari fit-team.