Gianluigi Donnarumma viċin PSG

    Filwaqt li AC Milan ikkonfermaw li hemm taħditiet għall-goalkeeper ta' Napoli Pepe Reina, Gianluigi Buffon jidher aktar viċin li jingħaqad ma' PSG.

    Reina ser ikun  liberu wara li l-kuntratt ser jiskadi f'Ġunju.  Id-direttur sportiv ta' AC Milan Massimiliano Mirabelli diġá ħabbar li nfurmaw lil Napoli li għandhom l-intenzjoni li jitkellmu mal-aġent ta' Reina.  Reina ser jiġi offrut kuntratt ta' €3 miljuni kull staġun.

    Jekk Donnarumma jiddeċiedi li jitlaq lir-Rossoneri, il-club Franċiż jinsab favorit li jikseb is-servizz tiegħu.  Dan it-trasferiment jista' jkun aktar possibbli jekk PSG jiddeċiedu li jaħtru lil Antonio Conte bħala coach minflok Unai Emery.