Jamie Carragher jiskuża ruħu wara li deher filmat jobżoq lejn partitarja ta' Manchester United

    Ir-rivalitá bejn Liverpool u Manchester United hija  bla limitu. Fuq il-media soċjali qed jiċċirkola filmat fejn l-ex difensur ta' Liverpool mill-karozza tiegħu jidher jobżoq lejn partitarja ta' Manchester United li kienet fil-karozza.

    L-ex difensur illum kummentatur sportiv ma' Sky kien qed jikkummenta fuq it-telfa tal-ex team tiegħu ta' 2-1 kontra Manchester United nhar is-Sibt.

    Carragher qal li din l-imġieba tiegħu ma kinitx f'postha u skuża ruħu mal-familja tat-tifla.  Kelliem għal Sky Sports qal "Din hi mġieba inaċċettabli u ser nitkellmu ma' Jamie."  

    Fil-filmat Jamie jidher ixejjer lejn missier it-tifla. It-tnejn dehru iniżżlu t-tieqa, fejn il-missier jinstama' jgħajjat "Sfortunat Jamie, tnejn b'wieħed."  Carragher irreaġġixxa billi ħareġ rasu mit-tieqa tal-karrozza u beżaq fid-direzzjoni tat-tifla li kienet fuq is-seat tal-passiġġiera.

    Carragher skuża ruħu fuq Twitter u tenna li ma kien hemm l-ebda skuża li tispjega l-imġieba tiegħu.