Michael Carrick ser jirtira fit-tmiem l-istaġun

    Il-midfielder ta' Manchester  United, Michael Carrick, ħabbar li ser jirtira fit-tmiem l-istaġun. 

    Carrick, ta' 36 sena, lagħab f'463 partita mal-United minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Tottenham għas-somma ta'  £18-il miljun fl-2006. Huwa lagħab f'34 partita għat-team nazzjonali Ingliż.

    "Jasal żmien fejn ġismek jurik li jkun iż-żmien li tieqaf. U naħseb li issa wasalt f'dan il-perjodu," qal Carrick.

    Carrick esprima l-ħsieb li aktarx jaċċetta l-offerta tal-club bħala rwol ta' coach fl-aħħar tal-istaġun.

    Huwa lagħab f'erba' partiti biss dan l-istaġun minħabba li nstab li kellu ritmu irregolari tal-qalb.