L-istilista tal-moda Givenchy jmut fl-età ta' 91 sena

    L-istilista tal-moda Franċiż Hubert de Givenchy, magħruf mad-dinja kollha għad-dehra li ħoloq għal Audrey Hepburn u Jackie Kennedy, miet illum fl-età ta’ 91 sena.

    Kien is-sieħeb tiegħu Philippe Venet li ħabbar dwar il-mewt tiegħu u qal li l-familja kollha tinsab imbikkma bit-telfa tal-artist.

    L-istilista kien impjegat mill-istilista Elsa Schiaparelli sakemm fl-1952 għamel il-pass deċiżiv li wasslu għall-suċċessi kbar li raw l-għeruq tagħhom mill-introduzzjoni tal-kunċett ta’ ‘separates’, kombinazzjoni ta’ lbies li setgħu jmorru flimkien.