Il-president ta' PAOK jidħol fil-ground b'pistola ... u l-kampjonat Grieg jiġi sospiż

    Il-kampjonat Grieg bħalissa jinsab sospiż b’mod indefinite wara li l-president ta’ PAOK Salonika daħal fil-pitch b’pistola f’idu waqt il-partita ta’ nhar il-Ħadd li għadda kontra AEK Athens.

    Ivan Savvidis, ħareġ fil-ground fejn ipprova jikkonfronta lir-referee  b’pistola f’idu wara li t-team tiegħu kellu goal imħassar minħabba pożizzjoni ta’ offside. Meta raw hekk il-players ta’ AEK daħlu jiġru fid-dressing rooms u ma ħarġux fil-ground.

    Il-logħba ġiet abbandunata wara sagħtejn fejn il-pulizija arrest lil Savvidis.

    Il-Ministru tal-Isport, Giorgios Vasiliadis, ħabbar li l-kampjonat huwa sospiż b’mod indefinit wara laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Alexis Tsipras.

    “Il-kampjonat mhux se jerġa’ jibda jintlagħab sakemm ikun hemm ċertezza ta’ sigurtá mill-partijiet kollha,” qal Vasliadis.