Napoli ser jagħmlu offerta għal Federico Chiesa

    Napoli jinsabu disposti li jagħmlu offerta kbira għall-attakkant ta' Fiorentina, Federico Chiesa, fis-suq tat-trasferimenti fis-sajf li ġej.

    Il-Partenopei jinsabu interessati fil-player ta' 20 sena  u d-diriġenti tal-club qed jaħsbuha biex jagħmlu offerta fis-sajf.  

    Napoli mistennija joffru s-somma ta' €40 miljun lil Fiorentina biex jakkwistaw lil Chiesa. Enrico Chiesa lagħab f'27 partita għall-Vjola dan l-istaġun fejn skorja ħames goals.