Franco Vazquez jixtieq jirritorna fl-Italja

    Il-midifielder ta' Sevilla, Franco Vazques, stqarr li jixtieq imur jilgħab fl-Italja u faħħar lir-Roma bħala club kbir. 

    Vazquez issostitwixxa lil Javier Pastore ma' Palermo fejn kien ġie msejjaħ man-nazzjonal Taljan.  Wara, huwa kien mar jilgħab fl-Arġentina u aktar tard ingħaqad ma' Sevilla fl-2016.

    "Ninsab kuntent ma' Sevilla, inħobb il-kampjonat Spanjol u l-players hawnhekk. Iżda nixieq immur fl-Italja. Forsi ma' Ruma? Kien hemm l-għajdut li stajt ningħaqad ma' Roma f'Jannar iżda ma kien hemm xejn konkret. Roma huwa club kbir u nixtieq li ningħaqad ma' club bħal dan," qal Vazquez.