Żfin flamenco u marċi funebri jerġgħu jingħaqdu flimkien

    Concierto La Semana Santa de España - Kunċert annwali mill-Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba

    Concierto La Semana Santa de Espana huwa kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa b’differnza, mtella' mill-Banda Re Ġorġ V fi ħdan is-Soċjeta' Santa Marija tal-Imqabba, u fl-okkażjoni tal-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa: La Semana Santa de España.

    Wara suċċessi u l-popolarita miksuba fis-snin u edizzjonijiet imgħoddija, il-Banda Re Ġorġ V din is-sena sena ser toħroġ mir-raħal tal-Imqabba u tella dan il-kunċert fil-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Belt Valletta.

    F'dan dan il-kunċert il-Banda Re Ġorġ V taħt id-direzzjoni ta’ Mro David Agius ser tesegwixxi taħlita ta' siltiet mużikali, fosthom minn dik klassika għal dik Spanjola kif ukoll mużika Maltija ta’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.  Dan il-kunċert li ser ikun qed jgħaqqad l-arti Maltija ma dik Spanjola, naraw fiħ diversi uċuħ popolari, fosthom żeffiena minn Alegria Dance Company li ser ikunu qedin jakkumpanjaw lill-banda permezz ta’ żfin Flamenco Spanjol, il-kitarrist Evan Plumpton u l-kantanta Eleanor Cassar. Ma tonqos ukoll rokna letterarja minn Saviour Bianchi.

    Dan kollu ser jitella propju f'waħda mill-aktar swali artistiċi; il-Gran Salon ta' Auberge de Provence (Illum il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija) li jinsab fi Triq ir-Republika.  L-appuntament huwa għal nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2018, fis-7:15pm fejn id-dħul għal dan il-kuncert ser ikun bla ħlas.  Aktar informazzjoni fuq www.santamairja.com u www.facebook.com/santamarija