ARA: “L-aktar titjira tal-biża’ f’ħajti” … Magna ta' ajurplan tiddiżintegra f'nofs l-ajru!

    Titjira tal-linja tal-ajru Uniteed Airlines kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza wara li żviluppat ħsarat kbar f’waħda mill-magni.

    F’dik deskritta bħala “l-aktar titjira tal-biża’ f’ħajti” minn wieħed mill-passiġġieri abbord, ritratti u filmati li ttieħdu wat it-titjira juru lill-magna titriegħed viżibbilment wara li l-qoxra tagħha jidher li ddiżintegrat.

    Il-passiġġier qal li l-problemi fil-magna bdew wara li nstema’ ħoss kbir 35 minuta qabel ma t-titjira kienet skedata li tinżel fl-ajruport ta’ Honolulu fil-Hawaii. Il-bdoti mill-ewwel bagħtu messaġġi għall-għajnuna u kienu mġegħlin jagħmlu inżul ta’ emerġenza.

    Madankollu mhux kull passiġġier jidher li kien maħkum minn paniku. Erik Haddad, enġinier li jaħdem ma’ Google, ippubblika diversi ritratti fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter, fejn saħansitra f’wieħed minnhom kiteb li fuq il-manwal ta’ emerġenza ma kien hemm ebda indikazzjoni dwar kif wieħed għandu jiffaċċja sitwazzjoni simili.

    Sadanittant stqarrija maħruġa minn United Airlines saħqet li b’xorti tajba l-ajruplan niżel b’mod sigur u ħa ma weġġa’ f’dan l-inċident. Il-linja tal-ajru filwaqt li qalet li l-ajruplan kienu ilu fis-servizz tagħha sa mill-1994, saħqet li se tkun qed tikkopera mal-awtoritajiet Amerikani b’rabta ma’ dan l-inċident.