ARA: Jaħbat vjolentement f'karozza pparkjata f'Birkirkara u jaħrab minn fuq il-post!

    Jaħbat f'karozza pparkjata u ħarab minn fuq il-post. Dan huwa dak li jidher jagħmel f'dan il-filmat sewwieq ta' karozza, aktarx tat-tip Mazda Demio, li b'mod vjolenti jidher jaħbat f'karozza pparkjata fi triq f'Birkirkara.

    L-impatt kien wieħed pjuttost vjolenti, bil-karozza pparkjata titmexxa għal diversi metri. Minkejja l-ħsarat ikkaġunati mill-impatt, is-sewwieq jirnexxielu jaħrab minn fuq il-post.

    L-inċident seħħ nhar it-Tnejn li għadda.