L-MAM tħassar id-direttivi għall-Ħamis u l-Ġimgħa

    L-Assoċjazzjoni Medika Maltija se tkun qed tħassar id-direttivi li kellha ppjanati għall-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej. Fi stqarrija l-MAM qalet li dawn id-direttivi tħassru bħala turija ta’ rieda tajba wara li ntlaħaq bażi ta’ prinċipju fid-diskussjonijiet mal-Ministeru tas-Saħħa.

    Ir-raġuni wara dawn id-direttivi kienu minħabba li l-MAM kienet qed toġġezzjona għall-ftehim li bih ġew trasferiti tliet sptarijiet pubbliċi lil Vitals Global Healthcare. Din il-konċessjoni issa se tkun trasferita lil kumpanija privata oħra, din id-darba Amerikana, Steward Healthcare.