Tarbija ta' 13-il xahar stuprata u maqtula wara li tinħataf mill-kamra tal-ġenituri tagħha

    Raġel stupra, ittortura u qatel lil tarbija ta’ 13-il xahar wara li ħatafha mill-kamra tal-lukanda fejn kienu jinsabu l-ġenituri tagħha. Dan qabel ma pprova jaħbi l-ġisem tagħha f’tank tal-ilma.

    kien meta l-ġenituri tat-tarbija stenħu li ndunaw li binthom ma kinitx fil-kamra tal-lukanda li tinsab fil-belt ta’ Florencia, il-Kolumbja. L-imjegati tal-lukanda minnufih nidew tfittxija fil-binja biex isibu lit-tarbija, u sabuha mitfugħa f’wieħed mit-tankijiet tal-ilma li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-lukanda.

    Raġel safa arrestat mill-pulizija lokali b’rabta ma’ dan il-każ. L-awtoritajiet huma tal-fehma li t-tarbija nħatfet, ġiet stuprata u nqatlet minn resident ieħor tal-lukanda. Sid il-lukanda, Jose Hernandez, ammetta li l-uffiċjal tas-sigurtà responsabbli miż-żona kienet marret għajnejh bih waqt li kien qed jaqdi dmiru.

    Il-Pulizija qalu li fil-ħin li ġej mistennija li ssir awtopsja fuq it-tarbija, filwaqt li kkonfermaw li kienu arrestaw raġel b’rabta ma’ dan il-każ. Madankollu stqarriaj kienet tgħid li l-uffiċjali tal-pulizija jeħtieġu aktar żmien biex ikomplu l-investigazzjonijiet tagħhom u jiġbru aktar evidenza.