Il-Gran Finale għal nhar il-Ħadd li ġej

    Bil-maltemp ixekkel l-iżvolġiment tal-programm tal-Karnival, l-organizzaturi tal-Karnival ħadu d-deċiżjoni biex il-Gran Finale tal-Karnival ma jsirx illejla hekk kif ippjanat, u minflok isir il-Ħadd li ġej.

    Wara li l-organizzaturi ħadu d-deċiżjoni li l-edizzjoni ta’ din is-sena tkun estiża għal tmiem il-ġimgħa li ġej ukoll, id-dilettanti se jkollhom l-opportunità li jagħlqu l-Karnival ta’ din is-sena bil-kbir.

    Sadanittant dalgħodu sar programm varjat minn diversi skejjel u gruppi ta’ żfin minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Teatru Rjal.