Sven Ulreich iġedded il-kuntratt ma' Bayern Munich

    Il-goalkeeper ta’ Bayern Munich, Sven Ulreich, ġedded il-kuntratt tiegħu mal-club sas-sena 2021. Dan ġie żvelat fuq is-sit uffiċjali tal-club mill-Bavarja li ħa wkoll il-kummenti tiegħu.

    Ulreich, li ilu mat-tim minn Munich sa mis-sena 2015, deher ferm kuntent li Bayern ġeddew l-fiduċja fih u hu qiegħed iħallas lura dan kollu billi ffirma għal tliet snin oħra.

    Huwa għandu 29 sena u lagħab 23 darba bejn il-lasti tal-club.