Luis Enrique segwit minn Arsenal

    Minkejja li Chelsea qed isegwu b’interess lill-coach Spanjol, Luis Enrique, jidher li anke Arsenal qed jitħajru għalih wara li f’dawn l-aħħar ġimgħat xejn m’huma sejrin tajjeb fil-kampjonat.

    Il-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League tidher ukoll f’riskju u l-ogħla awtoritajiet tal-club jistgħu jaġixxu malajr kemm jistgħu jkun billi jipperswadu lil Arsene Wenger itemm ir-renju tiegħu wara 22 sena.

    Fil-fatt id-diriġenti tal-Gunners qed jevalwaw din il-possibblitá u bħalissa jidher ukoll li l-isem tal-eks kowċ ta’ Barcelona qed jissemma’ b’ċertu kontinwitá fil-kurituri tal-Emirates Stadium.