UCL - Harry Kane irid jiskorja kontra l-goalkeeper ta' Juventus Gianluigi Buffon

    L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane, tkellem  dwar il-logħba ta' Spurs li għandhom kontra Juventus ilum fl-Allianz Arena.

    Huwa faħħar il-wirjiet ta’ dawn l-aħħar ġranet tat-team partikolarment l-aħħar rebħa li kisbu kontra Arsenal bl-iskor ta’ 1-0.

    Madankollu huwa qal illi flimkien ma’ sħabu jinsabu saqajhom mal-art għax jafu li ser jiltaqgħu kontra avversarju diffiċli li fuq kollox għandu goalkeeper mill-aqwa.

    Meta ġie mistoqsi dwar il-forma mill-aqwa li għaddej minnu huwa jemmen li veru jinsab fl-aqwa mument u x-xewqa tiegħu hija li  jegħleb lill-aqwa goalkeeper tad-dinja .