AC Milan jikkunsidraw li jġeddu l-kuntratt ta' Gennaro Gattuso sas-sena 2020

    AC Milan qed jikkunsidraw li jġeddu l-kuntratt ta' Gennaro Gattuso bħala coach tagħhom sa Ġunju 2020.

    Ir-Rossoneri jidhru kuntenti bil-progress li qed jagħmel it-team taħt it-tmexxija ta' Gattuso u huma lesti li jġeddulu l-kuntratt.

    Gattuso kien qed imexxi it-team taż-żgħażagħ qabel ma ngħata f'idejh it-tmexxija tat-team tal-kbar wara t-tkeċċija ta' Vincenzo Montella, f'Novembru li għadda.  Wara bidu mhux daqstant konvinċenti, AC Milan kisbu ħames rebħiet u tliet draws fis-Serie A u l-Coppa Italia.

    Dan huwa l-ewwel club ta' Gattuso fis-Serie A. Fil-passat huwa mexxa lil Palermo għal perjodu qasir fis-Serie B. Gattuso kien ukoll il-coach ta' FC Sion, OFI Crete u Pisa.