Inter jaħdmu biex jakkwistaw lil Lucas Torreira

    Inter jidhru li diġá identifikaw liema players jixtiequ jakkwistaw fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Wara li laħqu ftehim għal Lautaro Martinez, Inter qed jaħdmu biex jakkwistaw lill-attakkant ta' Sampdoria, Lucas Torreira.

    Sampdoria qed jistennew is-somma ta' madwar €30 miljun għal dan il-player.  L-attakkant Urugwajan iffirma kuntratt ġdid sas-sena 2022 ftit tax-xhur ilu, fejn ser jirċievi salarju ta' €800,000. Huwa għandu klawsola ta' €25 miljun li trid titħallas jekk jinbiegħ qabel jintemmlu l-kuntratt.

    Inter jinsabu ħerqana li jiffinalizzaw dan it-trasferiment qabel ma Roma jew Napoli jagħmlu xi offerta. 

    Inter lesti li jaħdmu bl-istess mod li mxew għall-akkwist ta' Skriniar fejn offrew somma ta' flus minbarra li ħallsu l-klawsola tar-release.  In-Nerazzurri huma lesti li joffru players tal-primavera bħal Sala, Valietti jew Colidio.