Filmat: Partitarju żgħir tal-Granata ippremjat ...

    Wara li fuq il-mezzi soċjali deher filmat ta' partitarju żgħir, Lorenzo Granata, jinċita lill-players, il-club ta' Torino kien interessat ferm biex isir jaf min hu dan il-partitarju. 

    Lorenzo ta' tliet snin ingħata ċans li jħabbar il-formazzjoni tat-team minn fuq il-mikrofonu qabel il-logħba kontra Udinese. Qabel il-partita kontra Udinese li nltagħbet nhar il-Ħadd, il-president ta' Torino Cairo tah flokk ta' Belotti iffirmat mill-players kollha tal-club.