Daniel Sturridge ser jirritorna għal-logħob fiż-żmien ġimagħtejn

    Il-coach ta' West Brom, Alan Pardew,qed jittamma li Daniel Sturridge ser ikun tajjeb għal-logħob fiż-żmien ġimagħtejn wara lii ħareġ izappap fit-telfa ta' 3-0 kontra Chelsea.

    Sturridge ingħaqad mal-Baggies b'self mingħand Liverpool ix-xahar li għadda u kellu jiġi sostitwit wara biss tliet minuti wara li ħass uġiegħ meta kien qed isegwi lill-player avversarju Cesar Azpilicueta.

    Pardew tenna li t-telfa ta' Sturridge hija akbar mit-telfa kontra Chelsea minħabba li din kienet biss it-tielet partita tiegħu mal-Baggies.  "Għandna bżonnu fuq quddiem għaliex qed inbatu biex niskorjaw.  Ħass uġigħ fil-hamstring wara ġirja fl-ewwel mumenti tal-partita. Mhux ser jilgħab il-partita li jmiss, iżda nispera li jkun tajjeb fi żmien ġimagħtejn."

    Minn mindu ngħaqad ma' Liverpool mingħand Chelsea f'Jannar 2013, Sturridge kien barra mil-logħob minħabba injuries diversi drabi. Din kienet il-31 darba li weġġa' minn mindu ngħaqad mar-Reds. 

    Il-coach tar-Reds Jurgen Klopp kien qal: "Sturridge għandu bżonn jitgħallem id-differenza x'inhu uġiegħ serju u x'inhu uġiegħ biss"