26 suldat qed jitħarrġu barra mill-pajjiż

    Filwaqt li hemm 26 membru tal-Forzi Armati Maltin fuq taħriġ barra mill-pajjiż, bħalissa m'hemmx suldati Maltin involuti f’operazzjonijiet ta’ żamma ta’ paċi barra minn Malta.

    Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael fi tweġiba li ta għal mistoqsijiet tad-Deputat Edward Zammit Lewis.

    Spjega li hemm 19-il suldat li qegħdin jattendu korsijiet ta’ formazzjoni tal-uffiċċjali fl-Irlanda u fir-Renju Unit, erbgħa qegħdin jattendu korsijiet ta’ formazzjoni tal-uffiċċjal navali fl-Italja u fir-Renju Unit, wieħed qed jattendi kors ta’ formazzjoni tal-uffiċjali tal-avjazzjoni fir-Renju Unit, ieħor qed jattendi kors ta’ instructor fir-Republika Ċeka u wieħed fuq munizzjon fir-Renju Unit.