Illum ikompli jinstema’ l-appell biex barriera tinbidel f’dar tal-anzjani

    Quddiem it-Tribunal għar-Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar illum mistennija ssir l-aħħar seduta tal-appell dwar l-applikazzjoni biex barriera f’Wied Għomor tinbidel f’dar tal-anzjani.

    L-appell mill-iżviluppaturi huwa kontra d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar b’vot unanimu li din l-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata.

    Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qalet li s-sit ta’ żvilupp propost jinsab parzjalment f’barriera li mhux użata u parzjalment fiż-żona ħadra protetta ta’ Wied Għomor.

    L-FAA qalet li bħala l-uniku spazju aħdar miftuħ f’dan ir-reġjun, Wied Għomor, qed jisfa regolarment fil-mira tal-iżviluppaturi b’ħafna applikazzjonijiet għall-iżvilupp minkejja l-istatus protett tiegħu.

    Qalet li ENGO’s, ir-residenti kif ukoll il-Kunsill Lokali tas-Swieqi, San Ġwann u San Ġiljan laqgħu r-rifjut oriġinali u sejħet lill-awtoritajiet biex jiddefendu din id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.