ARA: “Se tisparali?” … Tifel suldat li jiġġieled flimkien mal-ISIS jinqabad mir-ribelli Sirjani

    Dan il-filmat juri l-mument xokkanti meta tifel suldat li kien qed jiġġieled mal-ISIS inqabad mir-ribelli fit-Tramuntana tas-Sirja. It-tifel jidher jinżamm rasu ’l isfel wara attakk sorpriża li l-ISIS wettqu fuq ir-raħal ta’ al-Khuwain, viċin Idlib.

    Minkejja li qed jinżamm priġunier, it-tifel jidehr kalm hekk kif jirrakkonta lir-ribelli li kien ilu jiġġieled flimkien mal-ISIS għal dawn l-aħħar sentejn, u li kien ħa sehem fil-battalja ta’ Raqqa.

    F’mument minnhom huwa jimstema’ jistaqsi lil wieħed mir-ribelli jekk kienx se joqtlu. B’wieħed mill-ġellieda jordna biex jinqatel, qabel ma l-filmat jintemm ħesrem.

    Mhux magħruf jekk evetwalment it-tifel inqatilx jew le, għalkemm f’filmati oħrajn ippubblikatu fuq Twitter, it-tifel jidher riekeb fuq trakk flimkien ma’ priġunieri oħrajn.