Premier: Gzira United idawru telfa f'rebħa

    Ritratt: Dominic Borg

    Hamrun Spartans …..1

    Gzira United ………..2

    Gzira United dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1 u għaldaqstant żam­mew il-pass ma’ ta’ fuq biex fl-istess waqt żammew it-tamiet tagħhom ħajjin biex ikomplu jisfidaw għat-tielet pożizzjoni li tista’ tfisser post fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League.

    Kienu l-Ispartans li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-22 minuta meta Guilherme Felipe De Castro kellu xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa jiġi salvat bi bravura mill-goalkeeper Gżirjan, Anthony Curmi.

    Huma komplew jattakkaw u fis-27 minuta, Marco Criaco, li kien ġie ammonit tliet minuti qabel, kellu az­zjoni sabiħa konkluża permezz ta’ xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li iżda għadda ftit barra mil-lasti tal-Maroons.

    Seba’ minuti wara, reġa’ kien Marco Criaco li ħoloq il-periklu meta xutt ieħor tiegħu mid-distanza, din id-darba ġie salvat f’corner minn Curmi b’mod spettakolari.

    Gzira United ħarġu b’saħħithom fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fis-47 minuta, xutt minn 25 metru bogħod ta’ Andrew Cohen ġie salvat minn Jake Galea.

    Iżda kienu l-Ispartans li fetħu l-iskor fis-57 minuta b’xutt angolat mill-isbaħ ta’ LYDON MICALLEF li ma ta l-ebda ċans lil Anthony Curmi jsalva.

    Il-Ħamruniżi komplew jattakkaw u fit-63 minuta, xutt fil-baxx tas-solitu Criaco ġie salvat minn Curmi f’żewġ tentattivi.

    Ħames minuti wara, Gzira rebħu penalty meta l-captain tal-Ispartans, Triston Caruana, waqqa’ lil Ndubi-si Emmanuel Okoye fil-kax-xa.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu AMADOU SAMB li ma żbaljax, hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka, tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper Galea n-naħa opposta.

    B’mod gradwali, il-Marrons bdew jirriżultaw bħala l-aħjar team u fit-80 minuta, huma skorjaw il-goal tar-rebħa minn HARUNA GARBA li antiċipa difensur avversarju u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fix-xibka biex b’hekk irnex­xielu jiskorjaw propju kontra l-ex team tiegħu.

    HAMRUN S.: 22-Jake Galea, 77-Marco Criaco, 6-Daniel Zerafa, 81-Cristian Zaccardo (15-Luke Sciberras 55), 16-Guilherme Felipe De Castro, 30-Karl Micallef (98-Bradley Schembri 89), 17-Arthur Faria Machedo, 7-Triston Caruana, 5-Tiago Souza Da Silveira, 70-Lydon Micallef, 4-Dale Camilleri -Coach: Jacques Scerri

    GZIRA U.: 1-Anthony Curmi, 21-Roderick Briffa (11-Juan Corbolan 78), 13-Clifford Gatt Baldacchino, 4-Destin Price-Loic Mambouana, 25-Kris Thackray, 14-Moises Avila Perez, 30-Edison David Bilbao Zarate (99-Haruna Garba 72), 10-Andrew Cohen (6-Nikolai Muscat 72), 8-Zack Scerri, 77-Amadou Samb, 31-Ndubisi Emmanuel Okoye - Coach: Darren Abdilla

    REFEREE: Fyodor Zammit

    ASS. REFEREES:Jurgen Spiteri, Sammy Attard

    RABA’ UFF: Matthew Degabriele

    SKORERS:L. Micallef 57 (HS), A. Samb  69pen, H. Garba 80 (GU)

    AMMONITI:M. Criaco, L. Sciberras (HS), D. P. Mambouana, R. Briffa, K. Thackray (GU)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Marco Criaco (HS)