Jirrifjuta li jidħol f’residenza u jagħżel jibqa’ jgħix barra

    Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċċjali rrefera għar-rapport li deher fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista NET TV nhar il-Ħadd li għadda dwar il-każ tar-raġġel bl-isem ta’ Alfred Spiteri, fejn spjega li kien nhar l-Erbgħa 7 ta’ Frar, li Spiteri mar il-Ministeru jitlob għall-kenn wara li spjega li kien ilu barra għal numru ta’ sigħat. Il-Ministeru qal li rapport tal-Pulizija jindika li r-raġġel tkeċċċċa mill-familjari tiegħu stess.

    Il-Ministeru minnufih għamel l-arranġġamenti meħtieġġa biex ir-raġġel jintbagħat f’residenza li fiha night shelter fil-Mellieħa biex iqatta’ l-lejl hemmhekk. Żied jingħad li f’inqas minn siegħa, il-Ministeru ordna taxi biex twassal lir-raġġel ġġo din ir-residenza fil-Mellieħa. 

    L-għada filgħodu, jiġifieri l-Ħamis, social worker fi ħdan l-Aġġenzija Sapport marret biex tkellem lir-raġġel, u saħansitra anke bdew proċċeduri biex Spiteri jidħol f’residenza, iżda huwa baqa’ jinsisti li ma jridx, tant li ffirma wkoll biex jitlaq mill-home tal-Mellieħa bil-volontà tiegħu.

    Il-Ministeru nnota li huwa ta’ dispjaċċir li l-midja tal-Oppożizzjoni tibqa’ tuża sitwazzjonijiet sensittivi bħal dawn biex tipprova tirbaħ punti politiċċi. Tenna li l-Gvern jixtieq li jaħdem ma’ Oppożizzjoni kostruttiva biex verament jgħin lil nies vulnerabbli, iżda sfortunatament iktar ma jgħaddi ż-żmien qed tispikka Oppożizzjoni negattiva u mingħajr ebda sustanza.

    Fl-istess ħin il-Gvern se jkompli jagħmel l-almu tiegħu, u bil-fatti, jindirizza problemi ta’ housing kemm fl-immedjat kif ukoll fit-tul.

    Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ppubblika wkoll dikjarazzjoni ta’ Alfred Spiteri fejn dan stqarr li kien qed jitlaq mir-residenza offruta lilu b’mod volontarju.