Il-barunijiet tad-droga Messikani b’żewġ Pulizija ostaġġi

    Filmat xokkanti ġie ppubblikat li fih jidhru żewġ uffiċjali tal-pulizija Messikani li apparentament jidhru jammettu għal ksur ta’ drittijiet. Dan filwaqt li jidhru għarkupptejhom u mdawrin minn ħames persuni li lkoll kienu qed jippontawlhom snieter fid-direzzjoni tagħhom.

    Uffiċjal federali, li tkellem taħt il-kundizzjoni tal-anonimità, qal li ż-żewġ uffiċjali tal-pulizija jidher li huma aġenti assenjati mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li kienu rapportati neqsin nhar il-5 ta’ Frar li għadda f’Nayarit.

    Il-persuni li jidhru jżommu ostaġġ lill-pulizija ma setgħux jiġu identifikati minn fuq il-filmat. Madankollu huwa magħruf li Nayarit hija ddominata mill-kartell tad-droga ta’ “Jalisco New Generation”.

    Wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija jidher jaqra diskors li fih jgħid li aġenti tal-pulizija u uffiċjali militari huma ħatjin li wettqu diversi każi ta’ stupru, tortura u serq.