Kaċċatur jinqatel u jittiekel mill-istess iljuni li kien qed jikkaċċja

    Kaċċatur ta’ annimali selvatiċi inqatek u ttiekel minn grupp ta’ ljuni li kien qed jikkaċċja f’riserva privata fl-Afrika t’Isfel. Il-kaċċatur instema’ jgħajjat għall-għajnuna hekk kif safa attakkat mill-iljuni fir-Riserva Naturali Privata ta’ Ingwela li tinsab f’Hoedspruit.

    Madankollu l-iljuni laħqu qatlu lir-raġel u kielu l-biċċa l-kbira ta’ ġismu, b’rasu biss tibqa’ mhix mittiefsa.

    Il-pulizija għall-ewwel ħasbu li r-raġel kien bidwi li kien jaħdem fir-riserva. Madankollu meta rnexxielhom isibu lill-bidwi ħaj spiċċaw biex irrealizzaw li kien il-kaċċatur li spiċċa l-vittma tal-iljuni. Kien wara li nstab is-senter tal-kaċċa fil-viċinanzi ta’ fejn instabu l-fdalijiet tar-raġel.