“Mumenti bħal dawn iġegħluni naħdem aktar” … Christabelle Borg tikkundanna vann bi kliem deplerevoli dwar mard mentali

    “Mumenti bħal dawn iġegħluni naħdem aktar.” Hekk saħqet il-kantanta Christabelle Borg, li l-ġimgħa li għaddiet rebħet il-Festivala għall-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa permezz tal-kanzunetta “Taboo”, b’referenza għal vann b’kitbiet mill-aktar deplerevoli dwar nies vulenrabbli li jbatu minn mard mentali.

    Fil-kumment tagħha fuq il-midja soċjali Christabelle qalet li se tkompli tkun il-vuċi ta’ dawk kollha li qed ibatu minn mard mentali, u se tkompli tistinka biex tqajjem kuxjenza biex tingħeleb din it-taboo.

    Proprju l-kanzunetta “Tabbo” tittratta s-suġġett tas-saħħa mentali, bil-lirika jkollha l-għan li tqajjem kuxjenza u tegħleb l-istigma dwarha.

    Il-kanzunetta hija riflessjoni wkoll fuq l-esperjenza li għaddiet Christabelle nnifisha s-sena li għaddiet