Ajruplan jiġġarraf b'71 persuna abbord fir-Russja

    Ajruplan tal-passiġġieri li kien qed iġorr 71 persuna iġġarraf fir-Russja. L-ajruplan jidher li għeb minn fuq ir-radars ftit tal-ħin wara li telaq mill-Ajruport ta’ Domodedovo f’Moska.

    Diversi rapporti qed jgħidu li l-ajruplan iġġarraf fil-viċinanzi tar-raħal ta’ Argunovo fir-reġjun ta’ Moska.

    L-ajruplan kien jagħmel parti mill-flotta tal-linja tal-ajru Saratov, u abbord kien hemm 65 passiġġier flimkien ma’ sitt membri tal-ekwipaġġ.

    Id-destinazzjoni tat-titjira kellha tkun Orsk, belt viċin il-muntanji tal-Urals.