22 immigrant imġegħlin jaqbżu l0baħar ’il barra mill-Yemen

    Tnejn u għoxrin immigrant Etjopjan huma rapportati bħala neqsin wara li kienu mġegħlin jaqbżu fil-baħar ’il barra mill-kosta tal-Yemen. Dan qalitu l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) tan-Nazzjonijiet Uniti.

    Kelliemi għall-IOM, Joel Millman, qal li l-immigranti neqsin kienu fuq waħda minn erba’ dgħajjes li b’kollox kellhom 602 immigrant mill-Etjopja li wasslu lill-immigranti ’il barra mill-kosta tal-Yemen. Is-sena li għaddiet mas-87,000 immigrant qasmu lejn il-Yemen prinċiparjament minn Djibouti.