Motors Inc. iniedu fis-suq lokali l-Hyundai Kona

    Motors Inc. għadhom kemm niedew fis-suq lokali l-Hyundai Kona, li se tkompli tkabbar il-varjetà disponibbli għas-suq lokali ta’ karozzi Hyundai, b’mod speċjali f’dak li jikkonċerna lil mudelli SUV kumpatti.

    Fil-fatt il-mudell Kona huwa l-ewwel cross over għal Hyundai.

    Apparti l-istil li jiddistingwiha mill-ewwel, il-mudell jippermetti lill-klijenti biex jagħżel minn bosta pakketti ta’ extras li għandhom l-għan li jikkumplimentaw ix-xewqa tiegħu.

    Għal test drive wieħed jista’ jirrikorri fix-showroom tal-Hyundai fi Triq il-Wied, Birkirkara.