Irlandiż imut wara impatt qawwi ma' ħajt fil-Qrendi

    Inċident fil-Qrendi wara nofsinhar sewa ħajjet Irlandiż. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00 p.m. fi Triq Ħaġar Qim.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-Irlandiż, residenti l-Imqabba, tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Peugeot 307 u b’konsegwenza t’hekk seħħ impatt ma’ ħajt fl-istess triq.

    Mrmbri mill-Protezzjoni Ċivili assistew sabiex ir-raġel jinħarep mill-vettura u ttieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa iżda sfortunatament aktar tard ġie ċċertifikat mejjet.

    Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Dr N. Camilleri, li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.