Gaffe minn Manfred Weber … isemmi “soluzzjoni finali” għall-immigrazzjoni xi ħaġa li tqabblet ma’ żmien in-Nażi

    Id-Deputati Parlamentari Ewropew Ġermaniż, Manfred Weber li fl-aħħar ġimgħat kien ġie f’pajjiżna fi protesti kontra is-saltna tad-dritt, għamel ‘gaffe’ fl-aħħar sigħat. Dan meta qal li l-Ewropa qed tfittex  ‘soluzzjoni finali” għal kriżi tal-immigrazzjoni. Il-frażi ‘soluzzjoni finali’ kienet tintuża fl-era Nażista. Ir-rimarki hu  għamilhom f’konferenza tal-Christian Social Union (CSU).  Weber hu uffiċjal għoli ta’ dan l-istess partit u hu wieħed mill-mexxejj tal-Grupp tal-Partiti Popolari Ewropej li fih hemm ukoll il-Partit Nazzjonalista.

    Dak li qal Weber xpruna għadd ta’ kummenti, wara li ħafna bdew iqabblu din il-frażi ma’ ‘soluzzjoni finali’ li kienet intużat fuq il-Lhud fit-Tieni Gwerra Dinjija. 

    Quddiem il-kritika li beda jirċievi, Weber, iddikjara fuq Twitter li mkien ma kien qed jirreferi għal dak li ġara fl-era Nażista.  “Ħa nkun ċar. Il-misinterpretazzoni tad-dikjarazzjoni tiegħi hi kompletament  bla sens.