Għada evita Triq Manwel Dimech, f'Ħal Qormi

    Għada, l-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018 ser jingħata l-asfalt fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi, bejn is-6.00 ta’ filgħodu u nofsillejl. Waqt il-ħin tax-xogħol, it-triq minn ħdejn ir-roundabout fejn il-Pavi Supermarket sa ħdejn ir-roundabout ta’ ħdejn Gaff Petrol Station mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku, inkluż għat-trasport pubbliku.
     
    Jekk it-temp jippermetti mbagħad, il-linji tat-traffiku jinżebgħu bejn it-Tnejn 15 u l-Erbgħa 17 ta’ Jannar 2018. Biex jitnaqqas l-inkonvenjent għat-traffiku, ix-xogħol ser isir matul il-lejl bit-triq tingħalaq għat-traffiku bejn is-19:00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. Xi xogħlijiet, li ma jaffetwawx it-traffiku ser isiru matul il-jum f’fażijiet biex it-triq tibqa' miftuħa. 
     
    Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi.  Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.