Vġila f'Londra biex jitfakkar it-tielet xahar mill-mewt ta' Daphne … Se sservi wkoll bħala għajta biex issir ġustizzja

    Nhar it-Tlieta 16 ta’ Jannar f’Londra se tkun organizzata vġila biex tfakkar it-tielet xahar mill-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia. Qalet dan Corinne Vella, oħt Daphne, li qalet li din il-vġila se tkun organizzata minn grupp favur il-libertà tl-espressjoni u NGOs kontra l-korruzzjoni.

    Apparti biex jingħata tribut lil Daphne, il-vġila se sservi wkoll bħala għajta biex issir ġustizzja. Il-vġila mistennija li tiżvolġi quddiem il-bini tal-Kummissjoni Għolja Maltija.