Yogurt ibbażat mill-brokkoli jaf jipprevjeni u jikkura mill-kanċer

    Yougurt ibbażat mill-broccoli jaf jipprvjeni – u saħansitra anke jikkura – il-kanċer tal-kolon. Dan skont riċerka ġdida minn xjenzati f’Singapore. Ir-riċerka turi li dan il-yogurt kien qed joqtol mal-75% ta’ tumuri fil-ġrieden, u aktar minn 95 ċellola tal-kanċer tal-imsaren li tkabbru f’laboratorju.

    Il-brokkoli għandu kimika li tgħin fil-ġlieda kontra l-kanċer, imsejħa sulforane, filwaqt li l-yogurt huwa rikk fil-probijotiċi – batterji li jgħinu fil-manteniment ta’ bilanċ naturali tal-organiżmi fl-istonku u l-intestini.

    Minn din ir-riċerka, ix-xjenzati huma tal-fehma li yogurt ibbażat mill-brokkoli huwa formula mill-aktar effiċjenti kif wieħed jipprevjeni l-kanċer u mod kif joqtol il-kumplament taċ-ċelloli wara t-tneħħija ta’ tumuri.