L-Irwieġel … kollox ta’ taħt fuq b’xita fis-sajf!

    Temmen fl-Irwieġel?  Hi x’inhi r-risposta ħafna bdiewa f’pajjiżna jemmnu ħafna bihom u jżommuhom ta’ gwida ta’ kif se jkun it-temp matul ix-xhur li jkunu ġejjin. Din is-sena, skont dak imbassar,  se jkollna xita’ f’Ġunju u Lulju u sħana kbira f’Awwissu.

    Skont l-Irwieġel kull ġurnata bejn it-13 ta’ Diċembru u lejlet il-Milied jikkorispondu għax-xhur tas-sena li tkun ġejja u għalhekk it-temp f’dik il-ġurnata jurik kif se jkun it-temp f’dak ix-xahar.