L-Iran bi twissija lill-Istati Uniti … “Se jkun hemm reazzjoni mill-aktar serja”

    Fi twissija mill-aktar serja l-Iran wissa li se jkun qed jirritalja fil-konfront tas-sanzjonijiet imposti fil-konfront tal-kap tal-ġudikatura tiegħu mill-Istati Uniti. Dan wara li l-President Amerikan Donald Trump se jkun qed iżid l-isforzi tiegħu biex “jirranġa” ftehim nukleari bejn Tehran u l-qawwiet dinjin.

    Ilbieraħ Trump qal li għall-aħħar darba se jkun qed jinjora sanzjonijiet nukleari fil-konfront tal-Iran f’tentattiv biex Washington u l-alleati Ewropej jirranġaw is-sitwazzjoni “terribbli” tal-ftehim nukleari li ġie fis-seħħ fl-2015.

    Washington ħabbar ukoll sanzjonijiet fil-konfront ta’ 14-il entità u persuni, fosthom il-kap tal-ġudikatura Iranjana, l-Ayatollah Sadeq Larijani. Mossa li qajmet ir-rabja tal-Iran li min-naħa tiegħu wissa li se jkun hemm reazzjoni mill-aktar serja għal dan l-att.