“Irridu niftħu l-għajnejn għall-pieni ħorox f’każijiet ta’ korruzzjoni”

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Dr Clifton Grima, saħaq fuq il-bżonn ta’ iktar kampanji edukattivi kbar, sabiex tiġġieled il-korruzzjoni b’mod proattiv. “Sejrin niftħu l-għajnejn tal-atleti tagħna, tat-tfal tagħna u taż-żgħażagħ tagħna, u ngħidulhom:  ‘Min jersaq viċin dawn l-affarijiet, tirrispettahx. Mur u rraportaħ.”

    “Irridu ndaħħlu din il-mentalita’, u din il-kultura, f’kull aspett tax-xena sportiva Maltija. Hija diffiċli, bħal ma hija diffiċli fil-pajjiżi kollha tad-dinja.”

    Wara l-aħbar tas-sospenjoni ta’ diversi plejers Maltin mill-UEFA fuq allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni ftit ijiem ilu, Grima tenna li din il-problema hija waħda multi-dimensjonali u li tinsab f’diversi pajjiżi barranin: “Ma nagħmlux żball li ngħidu l-korruzzjoni teżisti biss f’Malta: kull fejn għandek interessi kummerċjali kbar, se jkollok minn jipprova, b’mod illeċitu jdawwar lira, dejjem u kullimkien.”

    Il-bqija tal-intervista ma’ Dr Clinto sejra tiġi ppublikata fuq l-edizzjoni t’għada tat-Torċa.