Aġġornata bir-ritratti: Il-Prim Ministru jinawgura l-pjazza u l-funtana Tritoni

    Muscat fil-kliem tiegħu tkellem dwar il-paragun ta’ kummenti li kien jirċievi fil-bidu tal-ħajja politika tiegħu ma dawk tal-lum il-ġurnata. Muscat fakkar dwar dawk li kienu jargumentaw dwar Belt mejta kkaratterizzata minn uffiċini u li kif dawk fil-Belt jispiċċaw mix-xogħol kienu jfittxu jħallu l-post.

    Muscat qal li dawk l-istess nies illum jilmentaw minn storbju u li ma jistgħux ilaħħqu.

    Qal li l-Belt Valletta mhux biss qiegħda tigi kikkundisdrata bhala mużew kulturali mill-isbaħ fil-miftuħ mibni fuq in-nostalgija, iżda qed isir post fejn in nies jgħixu jaħdmu u jiddevertu.

    Muscat semma li dawk li jidħlu fil-Belt u l-folla preżenti huma xhieda ta' din il-ħidma li mistennija tkompli.