Daniel Sturridge jixtieq jingħaqad ma' Inter

    Daniel Sturridge offra li jingħaqad ma' Inter b'self minħabba li mhux qed isib spazju biex jilgħab b'mod regolari ma' Liverpool. L-attakkant ta' 28 sena jinsab beżgħan li jista' jitlef postu fl-iskwadra Ingliża li ser tieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja dan is-sajf.

    Sturridge skorja tliet goals f'14-il partita dan l-istaġun, iżda kulma lagħab kienu 514 minuta ta' footbal.

    Il-kuntratt ta' Sturridge jiskadi f'Ġunju 2019, u għalhekk Liverpool jistgħu jkunu disposti li jsellfuh biex jekk ikollu wirjiet pożittivi, il-valur tiegħu jogħla b’mod konsiderevoli. 

    Sturridge jista' jilgħab bħala winger kemm fuq il-linja tax-xellug u anke tal-lemin.