Alejandro 'Papu' Gomez ma' Liverpool?

    L-attakkant ta' Atalanta, Alejandro ‘Papu’ Gomez, qed jiġi segwit mill-club tal-Premier League Liverpool.

    Papu jinsab dispost li jingħaqad mar-Reds jekk jiġi msejjaħ mill-coach Jurgen Klopp. 

    Gomez ta' 30 sena lagħab f'erba' partiti għat-team nazzjonali Arġentin u skorja goal wieħed biss.

    Huwa kien pedina importanti fis-suċċess ta' Atalanta matul dawn l-aħħar 18-il xahar, fejn il-Bergamaschi spiċċaw fir-raba' post fis-Serie A  fl-istaġun li għadda.