Gian Piero Gasperini ma' AC Milan?

    Skond rapporti fl-Italja, il-coach ta' Atalanta, Gian Piero Gasperini, jista' jinħatar coach ta' AC Milan fl-istaġun li ġej.

    Ir-Rossoneri keċċew lil Vincenzo Montella fejn ħatru lill-coach tal-Primavera Gennaro Gattuso.  Id-diriġenti Rossoneri diġá qed jaħdmu biex isibu coach għall-istaġun il-ġdid. Hemm diversi coaches li qed jiġu kkunsidrati fosthom Gasperini, Antonio Conte ta' Chelsea kif ukoll dak ta' Zenit, Roberto Mancini.

    Gasperini għen lil Atalanta jiksbu r-raba' post fis-Serie A fl-istaġun li għadda u qed jisfidaw biex jiksbu post fl-Europa League u kkwalifikaw fis-semi-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus  f'dan l-istaġun.

    AC Milan investew f'diversi ex players ta' Atalanta fosthom Franck Kessie u Andrea Conti.  Jekk Gasperini jingħaqad mar-Rossoneri dan ikun ir-ritorn f'San Siro wara li kien mexxa lil Inter għal perjodu qasir fl-2011 fejn kien tkeċċa wara biss ħames logħbiet. Gasperini kien tkeċċa min-Nerazzuri għaliex baqa' jinsisti li ried jilgħab bi tliet difensuri biss, sistema li kienet ippruvata u abbandunata minn AC Milan dan l-istaġun.