Napoli jirrifjutaw li jakkwistaw lil Ciro Immobile

    Il-leaders tas-Serie A Napoli rrifjutaw li jakkwistaw lill-attakkant ta' Lazio Ciro Immobile għal €8 miljuni.

    Fil-preżent, il-valur ta' Immobile huwa stmat li jiswa madwar €70 miljun wara li skorja 26 goal f'24 partita għal Lazio .

    Skond l-aġent ta' Immobile, Alessandro Moggi,  Napoli rrifjutaw li jakkwistaw lill-attakkant ta' Lazio għal €8 miljuni.  Moggi ta l-parir lil Simone Verdi biex jibqa' ma' Bologna. 

    "Verdi għamel sew li baqa' ma' Bologna.  Mhux ser ikollu ċ-ċans li jilgħab b'mod regolari kif qed jagħmel ma' Bologna. Imissu jtemm dan l-istaġun ma' Bologna u mbagħad jiddeċiedi wara."