Id-difensur Andreas Christensen iġġedded il-kuntratt ma' Chelsea

    Id-difensur ta' Chelsea Andreas Christensen iffirma kuntratt ta' erba snin  u nofs mal-club ta' Stamford Bridge.

    Il-player internazzjonali Daniż Christensen, ta' 21 sena, lagħab fi 22 partita għall-Blues dan l-istaġun.

    Huwa ngħaqad ma' Chelsea mingħand it-team Daniż ta' Brondby fl-2012, iżda kien misluf mal-club tal-Bundesliga Borussia Monchengladbach bejn l-2015 u l-2017.

    "Ninsab kuntent li ġeddidt il-kuntratt ma' Chelsea. Qed nieħu gost ma' dan il-club għax kollox sejjer sew." qal Christensen.

    Il-coach ta' Chelsea, Antonio Conte, qed jippreferi lil Christensen milli lid-difensur Brażiljan David Luiz.