Ex player ta’ Rangers joħroġ mill-kura intensiva

    L-ex player ta' Rangers, Nacho Novo, ħareġ mill-kura intensiva wara li ttieħed fi sptar fil-Ġermanja nhar is-Sibt.

    L-Ispanjol ta' 38 sena ħassu ma jiflaħx wara li kien qed jilgħab f'tournament għal players leġġendarji ta Rangers.

    Wara li Nocho lagħab għal sitt snin ma' Ranges, hu lagħab ukoll ma' Raith Rovers, Dundee u Greenock Morton.

    Il-club ta' Rangers bagħat l-awguri tiegħu fuq Twitter biex jawgura fejqan ta' malajr lil Novo.  Huwa rebaħ tliet kampjonati Skoċċiżi kif ukoll it-Tazza Pollakka ma' Legia Warsaw.

    Hu lagħab ukoll ma' Sporting Gijon, Carlisle United, Carolina Railhawks u Glentoran.